Euro diġitali: nisimgħu lill-pubbliku
Euro diġitali jista’ jirnexxi biss jekk jissodisfa l-ħtiġijiet tal-Ewropej
Mit-12 ta’ Ottubru 2020 sat-12 ta’ Jannar 2021 għamilna konsultazzjoni pubblika biex niġbru fehmiet dwar il-benefiċċji u l-isfidi tal-ħruġ ta’ euro diġitali u dwar id-disinn possibbli tiegħu.
Minn Ottubru sa Diċembru 2021 għamilna wkoll gruppi fokali fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro biex niġbru fehmiet minn udjenzi fil-mira differenti dwar id-drawwiet tal-ħlas tagħhom.
Aħna impenjati li ninvolvu lill-pubbliku fl-iżvilupp ta’ euro diġitali u dawn ir-riżultati se jiddaħħlu fil-fażi ta' investigazzjoni tal-euro diġitali li għaddejja, li hija mistennija li tintemm f'Ottubru 2023.
Ċentru tal-euro diġitaliAqra l-aħħar rapport tagħna
Studju dwar metodi ġodda ta’ ħlas diġitali
In-nies iridu soluzzjonijiet ta’ ħlas konvenjenti, veloċi u faċli biex jintużaw li jqisu s-sikurezza u s-sigurtà tad-data tagħhom. Dawn huma wħud mis-sejbiet tal-grupp fokali li kkummissjonajna fil-pajjiżi kollha taż-żona tal-euro, immirati biex jifhmu d-drawwiet u l-attitudnijiet taċ-ċittadini lejn il-pagamenti diġitali.
Rapport tal-grupp fokaliRapport ta’ konsultazzjoni pubblika
Esplora r-rapport tal-konsultazzjoni pubblika tal-euro diġitali fid-dettall. It-tweġibiet jipprovdu kontribut siewi għall-valutazzjonijiet kontinwi tal-Eurosistema u d-deċiżjonijiet li ġejjin dwar il-possibbiltà ta’ euro diġitali.
Aqra r-rapport