Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Daqqa t’għajn lejn il-pjan għall-klima u n-natura 2024-2025

Ħadna rendikont tal-progress li sar sa mill-aġenda għall-klima 2022, u ddeċidejna li nespandu l-ħidma tagħna fuq it-tibdil fil-klima. 

Fl-2024 u l-2025 se niffukaw fuq tliet oqsma:

  1. L-implikazzjonijiet tat-tranżizzjoni ekoloġika,
  2. L-impatt fiżiku tat-tibdil fil-klima, u
  3. Ir-risku li t-telf u d-degradazzjoni tan-natura jirrappreżentaw għall-ekonomija.

Il-ħidma tagħna fuq il-klima u n-natura

Dan għaliex huwa rilevanti għall-BĊE?

It-temperaturi ogħla, il-maltempati jew in-nixfiet – kif ukoll id-deforestazzjoni, l-erożjoni tal-ħamrija jew it-telf tad-dakkara – jistgħu jgħollu l-prezzijiet u fl-aħħar mill-aħħar l-inflazzjoni. L-istabbiltà fil-prezzijiet u dik finanzjarja tista’ tiġi ppreżervata biss jekk il-klima u n-natura jkunu stabbli.

Għaliex huwa importanti t-tibdil fil-klima

X’qed nagħmlu dwaru?

B’mod konformi mat-tliet objettivi strateġiċi tagħna, il-ħidma tagħna dwar it-tibdil fil-klima qiegħda tidħol f’fażi ġdida ggwidata mill-pjan tagħna dwar il-klima u n-natura 2024-2025. Billi nibnu fuq il-lezzjonijiet li tgħallimna, il-pjan jiddeskrivi f’liema oqsma qegħdin nespandu l-isforzi tagħna u jidentifika tliet oqsma ta’ fokus għall-attivitajiet tagħna.

Ħarsa fil-fond lejn il-pjan tagħna għall-klima u n-natura 2024-2025

Fejn qed nespandu l-isforzi tagħna?

Hekk kif nibnu fuq il-pjan ta’ azzjoni tagħna għall-2021, l-aġenda tal-klima għall-2022 u l-prijoritajiet superviżorji għall-2024-2026, qegħdin nespandu l-ħidma tagħna fuq:

Analiżi makroekonomika u politika monetarja

Titjib tal-għodod analitiċi biex nifhmu aħjar l-impatt makroekonomiku tat-tibdil fil-klima u tat-tranżizzjoni, u t-tibjib tal-ġestjoni tar-riskji tat-tibdil fil-klima fuq il-karta tal-bilanċ tal-Eurosistema.

Superviżjoni bankarja u stabbiltà finanzjarja

L-inklużjoni tar-riskji tal-klima u dawk ambjentali bħala prijorità superviżorja għall-2024-2026 u l-iżvilupp ulterjuri tal-qafas tagħna għar-riskji relatati mal-klima għall-istabbiltà finanzjarja.

Data relatata mal-klima

Inkomplu naħdmu biex niksu aktar data u data aħjar dwar ir-riskji tal-klima u d-degradazzjoni tan-natura.

Ħlasijiet, karti tal-flus u infrastruttura tas-suq

Inkomplu nnaqqsu l-impronta ambjentali tal-karti tal-flus tal-Eurosistema u nespandu l-kunsiderazzjonijiet tal-impronta ambjentali lejn mezzi ta’ ħlas u infrastrutturi tas-suq oħrajn.

Prestazzjoni ambjentali tal-operazzjonijiet u l-portafolli tagħna stess

Naħdmu biex innaqqsu l-impronta ambjentali tal-operazzjonijiet tagħna stess u tal-portafolli tal-politika mhux monetarja, u nkomplu bl-impenn tagħna li niżvelaw il-progress fuq il-ħidma tagħna relatata mal-klima.

Fuq liema oqsma qegħdin niffukaw fl-2024 u l-2025?

1. Navigazzjoni tat-tranżizzjoni

Billi l-ekonomija ssir aktar ekoloġika, dan għandu jikkontribwixxi għall-istabbiltà finanzjarja u tal-prezzijiet. Jekk tiddewwem it-tranżizzjoni, jogħlew l-ispejjeż tagħha. Aħna nkomplu nesploraw xi tfisser it-tranżizzjoni għall-ekonomija u s-sistema finanzjarja, u nkomplu nikkunsidraw kif nistgħu nappoġġawha fi ħdan il-mandat tagħna.

2. Valutazzjoni tal-impatt fiżiku tat-tibdil fil-klima

It-temp estrem jaffettwa l-ekonomija u jgħolli l-prezzijiet. Huwa importanti għall-ħidma tagħna bħala bank ċentrali u superviżur bankarju li nifhmu l-impatt ta’ klima li qiegħda tinbidel. Naqsmu wkoll ir-riċerka tagħna biex ngħinu lill-atturi ekonomiċi kollha jagħmlu deċiżjonijiet infurmati u biex jadattaw.

3. Esplorazzjoni ta’ riskji relatati man-natura

L-ekonomija tagħna tiddependi fuq in-natura u ma tistax teżisti mingħajrha. Huwa għalhekk li d-degradazzjoni tan-natura toħloq riskji finanzjarji. Għalhekk jeħtieġ li nivvalutaw l-implikazzjonijiet tad-degradazzjoni tan-natura – u r-relazzjoni tagħha man-natura – fit-twettiq tal-mandat tagħna.

Ara wkoll

Ara l-ħidma tagħna s’issa:

Il-paġni kollha f’din it-taqsima