Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Żurna

Aħna nistinkaw biex inkunu trasparenti, aċċessibbli u mifhuma miċ-ċittadini kollha 

Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-BĊE jinsab fil-bini ewlieni tal-BĊE fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja. Meta żżurna tkun tista' titgħallem aktar dwar ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-BĊE b’mod interattiv u tifhem aħjar kif id-deċiżjonijiet tagħna jaffettwaw il-ħajja tiegħek ta’ kuljum.

Għaliex huwa importanti li l-prezzijiet jibqgħu stabbli u xi jfisser dan għall-poter tal-akkwist tiegħek? Kif inkunu żguri li t-tfaddil tiegħek huwa sigur fil-bank? X’inhuma l-kisbiet ewlenin tal-euro?

Interessat li tkun taf aktar? Agħti ħarsa lejn l-attivitajiet taċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-BĊE hawn taħt!

Attivitajiet fuq il-post

Tours taċ-Ċentru għall-Viżitaturi

It-tours taċ-Ċentru għall-Viżitaturi jagħtu ħarsa ġenerali lejn ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-BĊE. Dawn iż-żjarat fuq il-post ta’ 60 minuta ospitati mill-persunal tal-BĊE jinkludu elementi interattivi, filmati u sessjonijiet ta’ Q&A. Iż-żjarat tagħna fuq il-post huma b’xejn.

Staqsi għal żjara fuq il-post

Lekċers minn esperti

Il-lekċers fuq il-post esperti dwar suġġetti speċifiċi (il-politika monetarja, l-euro, is-superviżjoni bankarja eċċ) huma mmirati lejn gruppi li jifhmu sew il-mandat tal-BĊE. Il-lekċers tagħna ta’ 60 minuta huma b’xejn u disponibbli għal gruppi ta’ 15 jew aktar.

Staqsi għal lekċer fuq il-post

Tours tal-Binja Prinċipali

Jekk tingħaqad ma’ wieħed mit-tours tagħna aħna nuruk partijiet differenti tal-binja prinċipali tal-BĊE, fejn nirriflettu fuq l-istorja u l-arkitettura tagħha. Nagħtuk ukoll impressjoni ta’ xi jfisser li taħdem hawnhekk.

Itlob Tour tal-Binja Prinċipali

Attivitajiet virtwali

Preżentazzjonijiet virtwali taċ-Ċentru għall-Viżitaturi

Il-preżentazzjonijiet virtwali ta’ 60 minuta taċ-Ċentru għall-Viżitaturi jagħtu ħarsa ġenerali lejn ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-BĊE u jinkludu sessjoni Q&A. Il-preżentazzjonijiet virtali tagħna taċ-Ċentru għall-Viżitaturi huma bla ħlas.

Staqsi għal preżentazzjoni virtwali

Lekċers virtwali esperti

Il-lekċers virtwali esperti dwar suġġetti speċifiċi (il-politika monetarja, l-euro, is-superviżjoni bankarja eċċ) huma mmirati lejn gruppi li jifhmu sew il-mandat tal-BĊE. Il-lekċers virtwali tagħna ta’ 60 minuta huma b’xejn.

Staqsi għal lekċer virtwali

Tour permezz ta’ Google street view tour taċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-BĊE

Agħmel żjara virtwali u esplora ċ-Ċentru tal-Visitaturi tagħna tkun fejn tkun fid-dinja!


Agħmel iż-żjara virtwali
ARA WKOLL

Skopri aktar dwar kontenut relatat

Ara ċ-Ċentru għall-Viżitaturi tagħna

Iftaħ il-gallerija tagħna

Qabel ma tissieħeb...

Aqra r-regoli interni tagħna

Informazzjoni utli

Kif tilħaqna u fejn issibna

Il-paġni kollha f’din it-taqsima