Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Slovakkja (mill-1 ta’ Jannar 2009)

Stadji tal-bidla tal-flus

Fit-8 ta' Lulju 2008 il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea approva l-applikazzjoni tas-Slovakja sabiex tissieħeb fiż-żona tal-euro fl- 1 ta' Jannar 2009.

Fl-1 ta' Jannar 2009 l-euro sar il-valuta legali fis-Slovakja. Ħa post il-koruna Slovakka (SKK) bir-rata tal-kambju fissa u irrevokabbli ta' €1 = SKK 30.1260.

Id-distribuzzjoni minn qabel (“frontloading”) tal-flus kontanti ta’ l-euro lil partijiet terzi professjonali qabel l-1 ta' Jannar 2009 għenet biex tiżgura bidla tal-flus mingħajr xkiel, ħaffet il-piż loġistiku u naqqset l-ispejjeż taċ-ċirkolazzjoni taż-żewġ muniti fl-istess ħin. Id-distribuzzjoni minn qabel tal-muniti lill-banek bdiet f'Settembru 2008, u d-distribuzzjoni minn qabel tal-karti tal-flus bdiet xahar wara. Ftit minn dawn il-flus kontanti mbagħad għaddew għand il-bejjiegħa bl-imnut u kumpaniji oħrajn ("sub-frontloading"). Id-distribuzzjoni minn qabel tal-karti tal-flus u tal-muniti tal-euro hi regolata bil-Linja Gwida BĊE/2006/9 kif emendata bil- Linja Gwida BĊE/2008/4. Test konsolidat mhux uffiċjali tħejja mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Mis-17 ta' Jannar 2009 karti tal-flus u muniti tal-euro biss jistgħu jintużaw għal pagamenti fi flus kontanti fis-Slovakja, iżda l-banek jibqgħu jsarrfu l-karti tal-flus tal-koruna Slovakka sal-aħħar tal-2009 u l-muniti tal-koruna Slovakka sal-aħħar ta' Ġunju 2009, bir-rata tal-kambju fissa. Mill-20 ta' Jannar 2009 jistgħu jibdew jintalbu xi ħlasijiet mill-banek jekk l-ammont għal kull klijent u tranżazzjoni jaqbeż il-100 karta tal-flus u l-100 munita. Národná banka Slovenska jibqa' jaqleb il-karti tal-flus tal-koruna Slovakka għal perjodu ta' żmien mhux limitat u l-muniti sal-aħħar tal-2013.

Karti tal-flus li jikkwalifikaw għat-tisrif
Sommarju tad-dati ewlenin tal-bidla
Novembru 2008

Distribuzzjoni minn qabel ("Sub-frontloading") ta' muniti lill-kumpaniji

Novembru 2008

"Sub-frontloading" ta' karti tal-flus lill-kumpaniji

L-1 ta’ Jannar 2009

Konverżjoni tal-kontijiet bankarji u introduzzjoni tal-karti tal-flus u tal-muniti ta’ l-euro

Is-16 ta’ Jannar 2009

L-aħħar jum li fih il-karti tal-flus u l-muniti tal-koruna Slovakka jkunu valuta legali

sa l-31 ta' Diċembru 2009

Bdil tal-karti tal-flus tal-koruna Slovakka mill-banek mingħajr ħlas

sa l-It-Tlieta, 30 ta’ Ġunju 2009

Bdil tal-muniti tal-koruna Slovakka mill-banek mingħajr ħlas

Il-31 ta’ Diċembru 2013

L-aħħar jum għall-bdil tal-muniti tal-koruna Slovakka min-Národná banka Slovenska

bla limitu

L-aħħar jum għall-bdil tal-karti tal-flus tal-koruna Slovakka min-Národná banka Slovenska

Il-paġni kollha f’din it-taqsima