Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

IL-GVERNATURI TAL-BANEK ĊENTRALI TAL-PAJJIŻI LI SEJRIN JISSIEĦBU FL-UNJONI EWROPEA JATTENDU L-LAQGĦA TAL-KUNSILL ĠENERALI TAL-BĊE

26 ta' Ġunju 2003

Il-Gvernaturi tal-banek ċentrali ta’ l-għaxar pajjiżi li sejrin jissieħbu fl-Unjoni Ewropea, għall-ewwel darba, ħadu sehem bħala osservaturi fl-laqgħa tal-Kunsill Ġenerali tal-BĊE. Zdeněk Tůma (Česká národní banka), Vahur Kraft (Eesti Pank), Christodoulos Christodoulou (Central Bank of Cyprus), Ilmārs Rimšēvičs (Latvijas Banka), Reinoldijus Šarkinas (Lietuvos bankas), Zsigmond Járai (Magyar Nemzeti Bank), Michael C. Bonello (Central Bank of Malta/Bank Ċentrali ta’ Malta), Leszek Balcerowicz (Narodowy Bank Polski), Mitja Gaspari (Banka Slovenije) u Marián Jusko (Národná banka Slovenska) attendew għall-ewwel laqgħa tagħhom tal-Kunsill Ġenerali, li għaliha kien preżenti wkoll il-Kummissarju Solbes.

Sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni mal-banek ċentrali tal-pajjiżi li sejrin jissieħbu fl-Unjoni Ewropea bi preparazzjoni għat-tkabbir fis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), l-awtoritajiet tal-BĊE, f’Settembru 2002, kienu ddeċidew li jistiednu l-gvernaturi u l-esperti mill-banek ċentrali tal-pajjiżi li sejrin jissieħbu fl-Unjoni Ewropea sabiex, mid-data ta’ l-iffirmar tat-Trattat tas-Sħubija, jibdew jattendu rispettivament għall-laqgħat tal-Kunsill Ġenerali u għall-laqgħat tal-kumitati tas-SEBĊ.

Fl-isfond tat-tkabbir ta’ l-UE u tas-SEBĊ li se jseħħ fl-1 ta’ Mejju 2004, il-laqgħa tal-Kunsill Ġenerali li saret illum hi l-ewwel waħda wara l-iffirmar tat-Trattat tas-Sħubija li sar f’A teni fis-16 t’April 2003. Fost l-oħrajn il-Kunsill Ġenerali ddiskuta l-iżviluppi ekonomiċi, monetarji u finanzjarji li seħħew fiż-żona ta’ l-euro, fil-pajjiżi membri li huma barra ż-żona ta’ l-euro u fil-pajjiżi li sejrin jissieħbu.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja