Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Diċembru 2021
X'inhuma l-punti ewlenin?
L-ekonomija taż-żona tal-euro qed tkompli tirkupra iżda bi tnaqqis żgħir
Il-pandemija wasslet għal restrizzjonijiet mill-ġdid f'xi pajjiżi. Prezzijiet ogħla tal-enerġija qed inaqqsu l-ekonomija u se jkomplu jagħmlu dan fil-futur qrib.
In-nuqqasijiet f'xi setturi qed iżommu lura l-produzzjoni
Il-konġestjonijiet u d-dewmien se jkunu magħna għal xi żmien. Iżda għandhom jibdew jittaffew matul l-2022. Suq tax-xogħol sod b'ħafna nies f'impjiegi għandu jgħin ukoll biex it-tkabbir jerġa' jibda bil-qawwi s-sena d-dieħla.
L-inflazzjoni għadha għolja iżda se tonqos matul l-2022
Għall-biċċa l-kbira tas-sena d-dieħla, l-inflazzjoni se tibqa' 'l fuq minn 2%. Iżda l-fatturi li jgħollu l-prezzijiet se jsiru aktar dgħajfa.
X’iddeċidejna?
Nistgħu nnaqqsu r-ritmu tax-xiri tal-assi tagħna pass pass
Għamilna bidliet f'numru ta' strumenti ta' politika tagħna. Aħna se nwaqqfu x-xiri nett taħt il-programm tagħna ta’ xiri tal-emerġenza pandemika fl-aħħar ta’ Marzu 2022. Il-politika tagħna trid tibqa’ ta’ appoġġ, flessibbli u żżomm l-għażliet miftuħa biex tiżgura li l-inflazzjoni tistabbilizza ruħha fil-mira tagħna ta’ 2% fuq terminu medju.
Kif naraw l-ekonomija tiżviluppa?
Nistennew li l-ekonomija tikber b’mod qawwi fis-snin li ġejjin
Il-projezzjonijiet għat-tkabbir ekonomiku taż-żona tal-euro għas-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Diċembru 2021)
Nistennew li l-inflazzjoni tkun għolja s-sena d-dieħla iżda li taqa’ taħt il-mira tagħna ta’ 2% fis-snin ta’ wara
Il-projezzjonijiet għall-inflazzjoni taż-żona tal-euro għas-snin li ġejjin
(projezzjonijiet minn Diċembru 2021)
Ħares lejn id-dettalji
DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA
Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.
Stqarrija għall-istampaSTQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA
Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.
Stqarrija tal-politika monetarja