Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Deċiżjonijiet tal-politika monetarja

29 ta’ Ottubru 2026

Il-Kunsill Governattiv illum iddeċieda li jżomm mingħajr bidla t-tliet rati ewlenin tal-imgħax tal-BĊE. Il-prezzijiet tal-enerġija komplew jogħlew biex b’hekk jinħolqu riskji bi żviluppi pożittivi għall-prospetti tal-inflazzjoni u riskji negattivi għall-prospetti tat-tkabbir. Filwaqt li l-effetti sħaħ tax-xokk fl-enerġija għadhom qed jiżviluppaw, l-inflazzjoni sottostanti baqgħet ġeneralment stabbli sa issa u l-pagi mhux qed juru rispons materjali f'dan l-istadju. Iż-żieda fil-qawwa u d-durata tax-xokk fl-enerġija, kif ukoll l-implikazzjonijiet għall-effetti indiretti u tat-tieni fażi, x’aktar se jżidu l-inflazzjoni u jnaqqsu t-tkabbir. Il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament issikkaw mill-aħħar laqgħa tal-Kunsill Governattiv, li x’aktarx se jkollu effett fuq l-inflazzjoni u t-tkabbir. Il-Kunsill Governattiv huwa impenjat li jiffissa l-politika monetarja sabiex jiġi żgurat li l-inflazzjoni tistabbilizza fil-mira ta’ 2% f’terminu medju.

Il-Kunsill Governattivi qiegħed f’pożizzjoni tajba biex jinnaviga l-inċertezza għolja tal-preżent. Se jsegwi approċċ dipendenti fuq id-data u minn laqgħa għal laqgħa sabiex tiġi ddeterminata l-pożizzjoni tal-politika monetarja xierqa. B’mod partikolari, id-deċiżjonijiet tar-rata tal-imgħax tal-Kunsill Governattiv se jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni tiegħu tal-prospetti tal-inflazzjoni u r-riskju madwarha, fid-dawl tad-data ekonomika u finanzjarja li tidħol, kif ukoll id-dinamika tal-inflazzjoni sottostanti u s-saħħa tat-trażmissjoni tal-politika monetarja. Il-Kunsill Governattiv mhux qed jikkommetti ruħu minn qabel lejn triq partikolari tar-rata.

Rati tal-imgħax ewlenin tal-BĊE

Ir-rati tal-imgħax fuq il-faċilità tad-depożitu, l-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament u l-faċilità ta’ self marġinali se jibqgħu l-istess għal 2.50%, 2.65% u 2.90% rispettivament.

Il-programm ta' xiri ta' assi (APP) u l-programm ta’ xiri għall-emerġenza pandemika (PEPP)

Il-portafolli tal-APP u tal-PEPP qed jonqsu b’ritmu meqjus u prevedibbli, billi l-Eurosistema ma għadhiex tinvesti mill-ġdid il-pagamenti tal-kapital kollha mit-titoli li jimmaturaw.

***

Il-Kunsill Governattiv huwa lest sabiex jaġġusta l-istrumenti kollha tiegħu fi ħdan il-mandat tiegħu sabiex jiżgura li l-inflazzjoni tistabbilizza fil-mira tiegħu ta’ 2% fuq perjodu ta’ żmien medju u li jippreserva l-funzjonament bla xkiel tat-trażmissjoni tal-politika monetarja. Barra minn hekk, l-Istrument ta’ Protezzjoni tat-Trasmissjoni huwa disponibbli sabiex jiġġieled dinamiċi tas-suq mhux mixtieqa u fixkiela li joħolqu theddida serja għat-trasmissjoni tal-politika monetarja fost il-pajjiż taż-żona tal-euro kollha, b’hekk jippermetti lill-Kunsill Governattiv jagħti riżultati effettivi għall-mandat tiegħu tal-istabbiltà tal-prezzijiet.

Il-President tal-BĊE se tagħti l-fehmiet tagħha fuq ir-raġunijiet li wasslu għal dawn id-deċiżjonijiet f’konferenza stampa li tibda fit-14:45 CET illum.

Għall-kliem eżatt miftiehem mill-Kunsill Governattiv, jekk jogħġbok ara l-verżjoni bl-Ingliż.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja