Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (barra d-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Awwissu 2017

Infrastruttura tas-swieq u ħlasijiet

Standards tal-Eurosistema għall-użu ta' aġenti tripartiti (TPAs) f'operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema

Fit-28 ta' Lulju 2017 il-Kunsill Governattiv approva l-istandards tal-Eurosistema għall-użu ta' aġenti tripartiti (TPAs) f'operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema biex tiżdied it-trasparenza dwar l-eliġibbiltà tal-valutazzjonijiet għall-parteċipanti tas-suq. L-istandards tal-Eurosistema għall-użu ta' aġenti tripartiti (TPAs) se tiġi ppubblikata fil-websajt tal-BĊE.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar l-aċċess għar-reġistru tal-kreditu ċentrali u r-reġistru tal-kontijiet bankarji

Fit-2 ta’ Awwissu 2017 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2017/28 wara talba mill-Bank Nazzjonali tal-Bulgarija.

Superviżjoni bankarja

Konsultazzjoni pubblika dwar il-Gwida għal spezzjonijiet fuq il-post u investigazzjonijiet ta' mudelli interni

Fil-25 ta’ Lulju 2017 il-Kunsill Governattiv ma oġġezzjonax għall-proposta tal-Bord Superviżorju biex iniedi konsultazzjoni pubblika dwar il-Gwida għal spezzjonijiet fuq il-post u investigazzjonijiet ta' mudelli interni. Wara l-valutazzjoni tal-kummenti li saru waqt il-konsultazzjoni pubblika, hu mistenni li l-Gwida finali tiġi sottomessa lill-Bord Superviżorju għall-approvazzjoni u lill-Kunsill Governattiv għall-adozzjoni fl-aħħar trimestru tal-2017. Il-Gwida hi disponibbli fil-websajt tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja