Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fl-1 ta’ Settembru 2017
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ Settembru 2017 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 259.4 biljun.
Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur |
Tip ta’ tranżazzjoni |
Ammont li mmatura |
Ammont ġdid |
31 ta' Awwissu 2017 |
Tranżazzjoni inversa ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani |
USD 35 miljun |
USD 35 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti fuq swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 285.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 1,142.1 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 66.6 biljun għal EUR 158.8 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 36.7 biljun għal EUR 146.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 30 ta’ Awwissu 2017 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 7.3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 5.9 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Matul il-ġimgħa mmaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (il-partita A5.2) ta’ EUR 3 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 2.9 biljun.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.2 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 628.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 593.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 10.3 biljun għal EUR 2,170.4 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja |
Valur rappurtat fl-1 ta’ Settembru 2017 |
Bidla mill-ġimgħa l-oħra – xiri |
Bidla mill-ġimgħa l-oħra – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 |
EUR 7.5 biljun |
- |
- |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 |
EUR 4.9 biljun |
- |
-EUR 0.0 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 |
EUR 228.0 biljun |
+EUR 0.6 biljun |
-EUR 0.3 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi |
EUR 24.5 biljun |
+EUR 0.1 biljun |
-EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv |
EUR 107.3 biljun |
+EUR 1.1 biljun |
- |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku |
EUR 1,707.1 biljun |
+EUR 9.0 biljun |
-EUR 0.0 biljun |
Programm tas-Swieq tat-Titoli |
EUR 91.2 biljun |
- |
- |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 32.6 biljun għal EUR 1,263.4 biljun.
Attiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u ammonti riċevibbli f’deheb | 379,078 | 0 | |
2 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 298,800 | −390 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 74,466 | 0 | |
2.2 | Bilanċi ma’ banek u investimenti f’titoli, self estern u assi esterni oħra | 224,334 | −390 | |
3 | Klejms ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 34,238 | −1,387 | |
4 | Klejms ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 16,448 | 231 | |
4.1 | Bilanċi ma’ banek, investimenti f’titoli u self | 16,448 | 231 | |
4.2 | Klejms mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 774,663 | −1,619 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament | 5,914 | −1,354 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal | 768,553 | −151 | |
5.3 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
5.4 | Operazzjonijiet irriversjati strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità tas-self marġinali | 196 | −114 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 0 | 0 | |
6 | Klejms oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 59,205 | −1,225 | |
7 | Titoli ta’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’euro | 2,456,121 | 9,967 | |
7.1 | Titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja | 2,170,371 | 10,308 | |
7.2 | Titoli oħra | 285,750 | −340 | |
8 | Dejn tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 25,735 | 0 | |
9 | Assi oħra | 239,439 | −733 | |
Attiv totali | 4,283,727 | 4,846 |
Passiv (miljuni ta’ EUR) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-tranżazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,142,129 | 2,228 | |
2 | Obbligazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,891,738 | 67,747 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riżervi minimi) | 1,263,436 | 32,644 | |
2.2 | Faċilità tad-depożitu | 628,279 | 35,119 | |
2.3 | Depożiti b’terminu fiss | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet irriversjati ta’ rfinar | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ talbiet għal żieda fil-kopertura | 23 | −16 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra ma’ istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro denominati f’euro | 8,427 | 428 | |
4 | Ħruġ ta’ ċertifikati ta’ dejn | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti oħra taż-żona tal-euro denominati f’euro | 286,719 | −65,588 | |
5.1 | Amministrazzjoni pubblika | 158,758 | −66,632 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 127,961 | 1,044 | |
6 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’euro | 182,089 | 771 | |
7 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti taż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 6,824 | −549 | |
8 | Obbligazzjonijiet ma’ residenti barra ż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 10,127 | −796 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,127 | −796 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet mill-faċilità ta’ kreditu fl-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Kontroparti tad-drittijiet speċjali ta’ kreditu allokata mill-FMI | 56,705 | 0 | |
10 | Obbligazzjonijiet oħra | 224,758 | 604 | |
11 | Kontijiet ta’ rivalutazzjoni | 371,913 | 0 | |
12 | Kapital u riżervi | 102,297 | 0 | |
Passiv totali | 4,283,727 | 4,846 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja