Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-18 ta’ Settembru 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-18 ta’ Settembru 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) naqsu b’EUR 2 miljun minħabba l-bejgħ ta’ deheb li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema biex jipproduċi munita kommemorattiva.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) baqgħet kważi l-istess, EUR 264.3 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
17 ta’ Settembru 2015 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 141 miljun | USD 144 miljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) baqgħu kważi l-istess, EUR 358.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 2.0 biljun għal EUR 1,051.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 22.2 biljun għal EUR 80.3 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 20.1 biljun għal EUR 387.3 biljun. Nhar l-Erbgħa 16 ta’ Settembru 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 70.9 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 70.7 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) baqa’ kważi l-istess, EUR 0.1 biljun, filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 139.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 159.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 14.4 biljun għal EUR 617.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-18 ta’ Settembru 2015 | Differenza mqabbla mal-11 ta’ Settembru 2015 – xiri | Differenza mqabbla mal-11 ta’ Settembru 2015 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 22.2 biljun | - | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 10.5 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 118.3 biljun | +EUR 2.2 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 12.0 biljun | +EUR 0.1 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 326.7 biljun | +EUR 12.2 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 127.6 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 2.9 biljun għal EUR 469.4 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 364,456 | −2 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 290,188 | 1,426 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 79,050 | −75 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
211,138 | 1,500 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 41,046 | −907 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 20,588 | −548 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 20,588 | −548 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 526,955 | −242 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 70,665 | −244 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 456,227 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 63 | 2 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 136,605 | 2,515 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 975,510 | 14,426 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 617,219 | 14,392 | |
7.2 | Titoli oħra | 358,291 | 34 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 25,177 | 0 | |
9 | Assi oħra | 221,790 | −1,634 | |
Assi Totali | 2,602,314 | 15,034 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,051,870 | −2,033 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 609,021 | −17,502 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 469,353 | 2,883 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 139,525 | −20,386 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 143 | 1 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,822 | −28 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 155,377 | 30,181 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 80,332 | 22,222 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 75,045 | 7,959 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 35,936 | 2,359 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,340 | 175 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,134 | 376 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 5,134 | 376 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 59,456 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 213,735 | 1,505 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 367,423 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 97,201 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,602,314 | 15,034 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja