Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-17 ta’ Lulju 2015
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fis-17 ta’ Lulju 2015 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) baqgħet kważi l-istess, EUR 264.0 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
16 ta' Lulju 2015 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 308 miljun | USD 658 miljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 4.5 biljun għal EUR 361 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu bi EUR 1.9 biljun għal EUR 1,052.5 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 22.4 biljun għal EUR 74.4 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied b’EUR 6.2 biljun għal EUR 424 biljun. Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Lulju 2015 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 74.5 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 75.5 biljun b’maturità ta’ sebat ijiem.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 118.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 123.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 13.3 biljun għal EUR 505.2 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fis-17 ta’ Lulju 2015 | Differenza mqabbla mal-10 ta’ Lulju 2015 – xiri | Differenza mqabbla mal-10 ta’ Lulju 2015 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 22.8 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 10.8 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 100.2 biljun | + EUR 1.9 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 9.4 biljun | + EUR 0.1 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 227.6 biljun | + EUR 11.2 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 134.4 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 31 biljun għal EUR 414.4 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 364,458 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 290,648 | −1,500 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 80,458 | −46 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
210,190 | −1,454 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 40,036 | 1,192 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 21,311 | 310 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 21,311 | 310 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 542,744 | 967 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 75,537 | 1,074 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 467,096 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 112 | −107 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 139,401 | 2,449 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 866,217 | 8,753 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 505,178 | 13,264 | |
7.2 | Titoli oħra | 361,039 | −4,512 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 25,643 | 0 | |
9 | Assi oħra | 228,512 | −1,394 | |
Assi Totali | 2,518,972 | 10,777 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,052,461 | 1,878 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 533,180 | 25,832 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 414,430 | 31,026 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 118,588 | −5,218 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 162 | 25 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,169 | 109 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 144,993 | −20,005 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 74,409 | −22,443 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 70,584 | 2,439 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 40,162 | 3,398 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,308 | 17 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,938 | −264 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 4,938 | −264 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 59,456 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 210,490 | −188 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 367,423 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 98,393 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,518,972 | 10,777 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja