Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-28 ta’ Ottubru 2011
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-28 ta’ Ottubru 2011 iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għax-xiri ta’ deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema kif ukoll għax-xiri ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali ieħor tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 192.5 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
27 ta’ Ottubru 2011 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.5 biljun | USD 0.5 biljun |
It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 338.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 4.8 biljun għal EUR 863.1 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 66.8 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 39.4 biljun għal EUR 178.6 biljun. Nhar l-Erbgħa 26 ta’ Ottubru 2011 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 201.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 197.4 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 165 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 169.5 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem. Nhar il-Ħamis 27 ta’ Ottubru 2011 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 85 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 44.6 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur. Fl-istess jum ġiet konkluża operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 56.9 biljun, b’maturità ta’ 371 jum.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 4.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 248.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 202.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 4 biljun għal EUR 232.7 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri ta’ titoli skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fit-28 ta’ Ottubru 2011 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 173.5 biljun u EUR 59.2 biljun rispettivament. Dawn iż-żewg portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 34.4 biljun għal EUR 178.7 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 419,825 | 1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 228,491 | 1,614 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 80,406 | 4 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
148,085 | 1,610 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 32,685 | 189 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 26,714 | 5,152 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 26,714 | 5,152 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 596,442 | 11,202 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 197,438 | −3,744 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 395,996 | 16,522 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 2,852 | −1,710 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 156 | 134 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 84,998 | 5,251 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 571,339 | 4,126 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 232,706 | 4,014 | |
7.2 | Titoli oħra | 338,634 | 111 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 33,966 | 0 | |
9 | Assi oħra | 338,912 | −7,336 | |
Assi Totali | 2,333,373 | 20,198 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 863,122 | 4,810 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 596,587 | 16,257 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 178,704 | −34,371 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 248,057 | 45,959 | |
2.3 | Depożiti fissi | 169,500 | 4,500 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 327 | 169 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,463 | −280 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 75,072 | −2,149 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 66,785 | −2,418 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,287 | 269 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 49,561 | 1,319 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,799 | 908 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 11,386 | 346 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 11,386 | 346 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 54,486 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 212,140 | −1,014 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 383,276 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 81,481 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,333,373 | 20,198 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja