Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-10 ta’ Lulju 2009
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-10 ta’ Lulju 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 2 miljuni f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 2.5 biljun għal EUR 208.7 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.
Transazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur | Tip ta' transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
---|---|---|---|
8 ta’ Lulju 2009 | Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri | CHF 29 biljun | CHF 31.1 biljun |
9 ta’ Lulju 2009 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 39.3 biljun | USD 43.1 biljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.
L-investimenti tal-Eurosistema tat-titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona tal-euro u denominati f’euro (li jidhru fil-partita nru. 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal-EUR 301.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 770.3 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 15.6 biljun għal EUR 124.7 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 133.8 biljun għal EUR 652.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Lulju 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 105.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 106.4 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 56.8 biljun, b’maturità ta’ xahar, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 38.3 biljun. Nhar il-Ħamis, 9 ta’ Lulju 2009, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 13.2 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 3 biljuni. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 7.6 biljun, b’maturità ta’ sitt xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 9.1 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 155.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 316 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
Tul il-ġimgħa ta’ qabel, xi banek ċentrali tal-Eurosistema bdew jixtru bonds garantiti denominati f’euro fil-kuntest tal-programm ta’ xiri mħabbar fis-7 ta’ Mejju 2009 wara deċiżjoni li ħa l-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew. Għalhekk, l-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) ammontaw għal EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fl-10 ta’ Lulju 2009.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 103.5 biljun għal EUR 271.8 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 232,126 | −2 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 160,365 | 1,502 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 16,792 | −51 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
143,573 | 1,553 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 68,964 | 2,463 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 19,511 | 1,248 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 19,511 | 1,248 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 808,008 | −26,626 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 106,406 | 501 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 701,453 | −27,145 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 135 | 76 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 14 | −58 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 23,017 | −70 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 301,718 | −473 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 66 | 66 | |
7.2 | Titoli oħra | 301,652 | −539 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 36,230 | −46 | |
9 | Assi oħra | 238,970 | −714 | |
Assi Totali | 1,888,909 | −22,719 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 770,275 | 1,538 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 427,353 | −56,950 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 271,815 | 103,491 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 155,535 | −160,421 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 2 | −20 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 279 | 2 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 132,581 | 15,755 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 124,676 | 15,611 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 7,905 | 144 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 123,226 | 15,399 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 4,831 | −434 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 10,346 | 1,870 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 10,346 | 1,870 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 5,436 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 153,826 | 103 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 187,797 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 72,960 | −3 | |
Total tal-passiv | 1,888,909 | −22,719 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja