Is-Slovenja

€2
Din il-munita turi l-poeta France Prešeren u l-iskrizzjoni "Shivé naj vsi naródi" (Il-barka t'Alla fuq in-nazzjonijiet kollha) − vers mill-poeżija tiegħu "Zdravljica" li jinsab ukoll fl-innu nazzjonali tal-pajjiż. Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: SLOVENIJA (Slovenja) u tikka minquxa warajha.

€1
Din il-munita turi xbieha ta’ Primož Trubar, l-awtur tal-ewwel ktieb stampat bis-Sloven.

50 ċenteżmu
Fuq din il-munita tidher il-muntanja Triglav.

20 ċenteżmu
Il-karatteristika ċentrali ta’ dan id-disinn hija ż-żwiemel Lipizzaner.

10 ċenteżmi
Din il-munita turi l-proġett tal-perit Jože Plečnik għall-Parlament Sloven, li baqa' ma twettaqx.

5 ċenteżmi
Din il-munita turi xbieha ta' żerriegħ.

2 ċenteżmi
Fuq din il-munita hemm xbieha tal-Ġebla tal-Investitura Sovrana.

1 ċenteżmu
Fuq din il-munita hemm xbieha ta' ċikonja.