Il-Finlandja
Il-Finlandja għażlet tliet disinji bbażati fuq dawk li ntużaw qabel fuq il-muniti nazzjonali.
€2
Din il-munita turi xbieha tal-pjanta tal-għollieq tal-muntanji u l-fjuri tagħha, iddisinjata minn Raimo Heino. Ittri madwar ix-xifer tal-munita ta' €2: SUOMI FINLAND *** (Finlandja ***) fejn l-* jirrappreżenta ras ta’ ljun.
€1
Għal din il-munita, l-artist Pertti Mäkinen, ħoloq motif b'disinn ta' żewġ ċinji jtiru. Id-disinn huwa l-istess wieħed li bih rebaħ kompetizzjoni għal munita li tfakkar it-80 anniversarju tal-indipendenza tal-Finlandja.
50 ċenteżmu
Il-muniti ta' 1 ċenteżmu, 2 ċenteżmi, 5 ċenteżmi, 10 ċenteżmi, 20 ċenteżmu u 50 ċenteżmu juru l-iljun araldiku Finlandiż f'riproduzzjoni ta’ disinn tal-iskultur Heikki Häiväoja. Matul is-snin intużaw diversi disinji differenti tal-iljun araldiku fuq bosta muniti tal-Finlandja, bħal fuq il-muniti ta' 1 markka bejn l-1964 u l-2001.
20 ċenteżmu

10 ċenteżmi

5 ċenteżmi

2 ċenteżmi

1 ċenteżmu