Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Daqqa t’għajn lejn l-istqarrija dwar il-politika monetarja tagħna - Ottubru 2023

X’iddeċidejna?

Żammejna l-istess ir-rati tal-imgħax ewlenin tagħna

Iż-żidiet li għamilna fir-rati tal-imgħax diġa qed jgħinu biex inaqqsu l-inflazzjoni. Id-deċiżjonijiet futuri tagħna se jiddependu fuq kif naraw l-ekonomija u l-inflazzjoni jiżviluppaw.

X’qed jiġri fl-ekonomija?

L-inflazzjoni naqset notevolment iżda għadha għolja wisq.

Il-prezzijiet għall-prodotti u s-servizzi m’għadhomx jiżdiedu daqstant. Fix-xhur li ġejjin, l-inflazzjoni għandha tonqos aktar. Iżda kunflitti u tensjonijiet ġodda f’partijiet tad-dinja għamlu l-futur aktar inċert.

L-ekonomija hija dgħajfa u se tibqa’ hekk sa tmiem is-sena.

Inqas domanda minn barra ż-żona tal-euro u rati tal-imgħax ogħla qed inaqqsu r-ritmu ekonomiku. Iżda b’inflazzjoni aktar baxxa, introjti ogħla u rkupru fl-esportazzjonijiet, l-ekonomija għandha tirkupra.

Ħafna nies għandhom xogħol

Il-qgħad jinsab fl-aktar livell baxx sa mill-bidu tal-euro. Iżda qed jinħolqu inqas xogħolijiet ġodda, inkluż fis-settur tas-servizzi.

Ir-rati tal-imgħax ogħla qed jagħmlu t-teħid ta’ self aktar għali.

B’riżultat ta’ dan, anqas nies qed jippjanaw li jixtru dar. In-negozji naqqsu l-investimenti ġodda. U l-banek għamluha itqal biex wieħed jieħu self.

ARA WKOLL

Ħares lejn id-dettalji

DEĊIŻJONIJIET DWAR IL-POLITIKA MONETARJA

Hawn hu dak li ddeċieda l-Kunsill Governattiv dwar ir-rati tal-imgħax u l-istrumenti tal-BĊE fl-aħħar laqgħa tiegħu.

Stqarrija għall-istampa

STQARRIJA TAL-POLITIKA MONETARJA

Aqra l-ispjegazzjoni tagħna tar-raġunijiet wara l-aħħar deċiżjonijiet dwar il-politika monetarja.

Stqarrija tal-politika monetarja
M’INTIX ESPERT? IĊĊEKKJA L-ISPJEGAZZJONI TAGĦNA
TGĦALLEM IŻJED
X’inhi l-politika monetarja?